Church Press Release About the feast of Halloween

The Church in Malta issued a press release about Halloween, a feast claimed to be of (or mixed up with) pagan origins or elements (in Maltese). You can find it here (pdf) or below in text form:

Kummissjoni Djocesana Okkult u Satinizmu
c/o Kurja ta’ L-Arcisqof
Furjana

Press Release

Il-Kummissjoni Djocesana intalbet taghti l-parir taghha minn diversi genituri u Youth Centres dwar jekk ic-celebrazzjoni tal-festa tal-Halloween hijiex kompatibbli jew le ma’ min jixtieq jiehu bis-serjetà l-impenn tas-sejha nisranija tieghu.
Filwaqt li l-Kummissjoni taghraf li spiss hemm persuni zghar u kbar li jiccelebraw b’mod newtrali din il-festa biss biex ikollhom okkazjoni biex jorganizzaw celebrazzjoni jew party b’differenza li tkisser ir-rutina tal-hajja ta’ kuljum, din l-istess Kummissjoni tinnota li:
Il-festa hekk imsejha ta’ ‘Halloween’ hija ta’ origini pagana u ssib l-gheruq taghha fi twemmin mhux imdawwal mill-misteru ta’ Gesu’Kristu, l-Iben ta’ Alla maghmul bniedem, li bil-mewt u l-qawmien tieghu fdiena u joffrielna hajja gdida, issa u anke wara li nghaddu mill-passagg tal-mewt. Anke jekk hemm min izomm li din hija biss celebrazzjoni antika tal-bidu tax-xitwa, ma’ din il-festa ntrabtu diversi tradizzjonijiet superstizzjuzi u tradizzjonijiet ohra li ghandhom x’jaqsmu aktar mad-dinja ta’ l-ispiritizmu u l-okkult fis-sens l-aktar wiesa’ tieghu. Tradizzjonijiet li fil-fatt ma jaqblux ma’ dak li n-nisrani jemmen fid-dawl ta’ Gesu’ Kristu.
Ghal din ir-raguni, ghal min jixtieq jiehu bis-serjetà is-sejha nisranija tieghu, il-Kummissjoni jidhrilha li ma jixraqx li gruppi kattolici jiccelebraw din il-festa. Anke jekk dan jaghmluh b’mod superficjali u minnghajr l-ebda intenzjoni hazina, xorta wahda l-istess celebrazzjoni ssir sinjal ta’ ftuh lejn kultura neo-pagana u tlaqqim fil-kultura ta’ l-okkult, komuni hafna fi zminijietna.
Ikun aktar jixraq li wiehed jifhem ghaliex din ic-celebrazzjoni mhijiex kompattibbli mat-twemmin nisrani u jivvaluta mill-gdid il-wirt nisrani li fih tfakkarna kontinwament il-Knisja. Fl-1 ta’ Novembru in-nisrani huwa msejjah jiccelebra l-festa tal-Qaddisin kollha, dawk li l-Papa Benedittu XVI, liz-zghzazgh migbura f’Cologne, sejhilhom “ir-rivoluzzjonarji veri tas-socjetajiet taghna”. L-ghada, imbaghad, issir it-Tifkira tal-Fidili Mejtin kollha: permezz ta’ Kristu nitolbu ghall-gheziez mejtin taghna u ahna stess nircievu l-gid li jwassal it-talb taghhom ghalina. Zewg tifkiriet li jfakkruna fl-ghaqda tal-Knijsa ta’ l-art ma’ dik tas-sema.

Ikun sabih jekk l-okkazjoni ta’ dawn il-jumejn taghti lok biex wiehed jiccelebra l-fidi tieghu, u fuq l-ezempji tal-qaddisin, jifhem li ghan-nisrani, il-ferh veru jinsab f’relazzjoni ta’ hbiberija vera u hajja ma’ Kristu Gesu’, il-Feddej tal-bniedem.

5ta’ Ottubru 2005

P. Marcello Ghirlando OFM
Segretarju tal-Kummissjoni

I wonder what you think?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>